Il-PM u martu juru l-appoġġ lill-atleti tal-Olimpjadi Speċjali Maltin f'Abu Dhabi | One News

Notifiki

Il-PM u martu juru l-appoġġ lill-atleti tal-Olimpjadi Speċjali Maltin f’Abu Dhabi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat iltaqgħu mal-kontinġent Malti ta’ madwar 50 persuna li qed jieħdu sehem fl-Olimpjadi Speċjali li qed isiru f’Abu Dhabi, fl-Emirati Għarab Magħquda. 

Il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat qattgħu ftit ħin mal-atleti li qed jirrappreżentaw lil Malta f’Abu Dhabi fejn wasslulhom ix-xewqat sbieħ tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-Prim Ministru sostna li f’dawn il-logħob Malta qed turi li tista’ tikkompeti f’diversi dixxiplini u takkwista riżultati, filwaqt li awgura l-aqwa suċċess lill-atleti Maltin. 

Dr Muscat u s-Sinjura Muscat, akkumpanjati mid-Direttur ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja, mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima u mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis, iltaqgħu wkoll maċ-Chairman ta’ Special Olympics Tomothy Shriver fejn ġew diskussi oqsma ta’ koperazzjoni. 

Iċ-Chaimman tal-Kumitat tal-Olimpjadi Speċjali faħħar is-sehem u l-ħidma li qed titwettaq minn Special Olympics Malta u faħħar il-mod kif is-Sinjura Muscat hija fuq quddiem f’ħidma u koperazzjoni mal-Kumitat tal-Olimpjadi Speċjali Internazzjonali biex ikompli jitkattar il-kunċett tal-Olimpjadi Speċjali madwar l-Ewropa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend