Sitt prostituti ingħataw sentenza ta’ sena habs sospiza ghal erba’ snin wara li bid-dmugh f’ghajnejhom lkoll wiegbu hatja tal-akkuzi migjuba kontrihom. Il-Prosekuzzjoni mmexxijja mill-Ispettur John Busuttil qalet li f’dan il-kaz, sentenza ta’ ħabs mhux ideali għal dawn in-nisa li lkoll kemm huma huma akkużati fl-istess każ.
Semma li għalkemm huwa każ li l-Pulizija sabu attivita tal-prostituzzjoni u sabu ħafna affarijiet sesswali għaddejjin, hawnhekk hawn kaz ta’ prostituzzjoni, ta’ żamma ta’ burdell u traffikar tal-bnedmin.
L-Ispettur semma li huma daħlu fiha l-istorja għaliex il-kuntratt tal-post huma ffirmawh biex jikruh. Żied jgħid li l-pulizija sabu l-post l-antik u l-ġdid li kienu qed jikru u sabuhom għaddejjin.
Il-Qorti ħadet in-konsiderazzjoni li l-akkużati kkoperaw mal-ewwel mal-Pulizija u li ammettew fi stadju bikri.