Greta Thunberg ta’ sittax–il sena ġiet nominata għall-Premju Nobel. Dan wara li ħolqot moviment globali biex tiġi miġġielda l-Bidla fil-Klima.
Hija ġiet nominata minn tlett Membri Parlamentari Norveġiżi.
Jekk tirbaħ dan il-prempju prestiġġjuż Thunberg issir l-iżgħar persuna li qatt rebħet dan il-premju. Malala Yousafzai mill-Pakistan li ukoll rebħet dan il-premju kellha sbatax–il sena.
Fi tweet li tellgħet , Thunberg qalet li kienet onorata li ġiet nominata.