Don Spagnol ta’ 34 sena u Luke Farrugia ta’ 31 sena, it-tnejn mill-Gżira nżammu arrestati wara li fil-Qorti wieġbu mhux ħatja li kienu nvoluti f’ċirku ta’ prostituzzjoni ta’ sitt tfajliet Kolombjani f’appartament Triq Gianni Benċini f’Tas-Sliema.
Il-pulizija arrestawhom it-Tlieta li għadda, meta daħlu għall-għarrieda fl-appartament u sabu lit-tfajliet għarwenin ħuta jieħdu sehem f’attivitajiet sesswali fi kmamar differenti tal-istess appartament ma’ diversi rġiel.
Min-naħa l-oħra, is-sitt Kolombjani li għandhom bejn id-19 u s-26 sena ingħataw sentenza ta’ sena ħabs sospiżi għal erba’ snin kull wieħed; hekk kif bid-dmugħ f’għajnejhom ammettew li kienu involuti f’ċirku ta’ prostituzzjoni u li kienu qegħdin jużaw l-appartament tagħhom f’Tas-Sliema għal skopijiet ta’ burdell.