Norman Cascun ta’ 52 sena minn Ħaż Żebbuġ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li agredixxa lill-mara tiegħu u heddidha ġewwa r-residenza tiegħu fir-Rabat.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tal-4:30pm.
Il-Qorti laqgħat it-talba tad-difiża għal ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jbiddel l-indirizz ta’ fejn jgħix.
Il-Qorti ordnat lill-imputat jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-Mosta filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.
L-imputat ġie ordnat sabiex ma jersaqx lejn ir-Rabat Malta u li jħallas depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €4,000.