Jibda l-bini mill-ġdid tal-pont ta' Triq il-Wied fl-Imsida | One News

Notifiki

Jibda l-bini mill-ġdid tal-pont ta’ Triq il-Wied fl-Imsida

Beda x-xogħol tal-bini mill-ġdid tal-pont fi Triq il-Wied fl-Imsida.

Dan se jinbidel għal struttura ikbar li tista’ takkomoda t-twessigħ li qed issir fi Triq Reġjonali, bħala parti mill-proġett maġġuri fuq din l-arterja ewlenija.

It-Tlieta bil-lejl, bdiet tinqala’ parti mill-gverta tal-pont biex jitlestew il-pilastri li fuqhom se jitpoġġew 12-il travu tal-konkos. Ġa la darba jistlesta, ser ikun wiesgħa 23 metru u nofs.

It-tħejjijiet għal dan il-propett bdew fix-xhur li għaddew Fix x-xhur li għaddew infrastruttura Malta bniet l-ewwel korsija mit-tnejn li se jiżdiedu fi Triq Reġjonali u kif ukoll bdiet tibni il-pedamenti u l-pilastri li fuqhom se jserraħ il-pont il-ġdid.

Fi żjara li għamel il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa spjega li l-proġett tal-bini mill-ġdid tal-pont u t-twessigħ taż-żewġ karreġġjati qed isir f’fażijiet biex ikun assigurat li l-korsiji eżistenti u l-konnessjonijiet ta’ din l-arterja jibqgħu miftuħa.

Il-Ministru Borg qal li daqt jinfetħu partijiet mill-korsija ġdida li diġà żdiedet fil-karreġġjata lejn in-nofsinhar ta’ Triq Reġjonali. Dan filwaqt li Infrastruttura Malta bdiet tibni s-sitt korsija fil-karreġġjata l-oħra li tagħti fid-direzzjoni opposta lejn it-tramuntana.

“F’din il-parti mportanti tal-kuritur ewlieni fil-pajjiż għandna intervent li ilu s-snin jiġbed l-attenzjoni għal medja ta’ inċident fil-ġimgħa li jsiru hawn. 40% ikunu inċident serji. Għandek liwja perikoluża u ovvjament inżul u tlugħ partikolari u b’dan l-intervent mhux biss se nitilgħu minn 4 għal 6 korsiji, iżda se jkunu iżjed siguri,” qal il-Ministru Borg.

Bil-korsiji ġodda fi Triq Reġjonali, li bejniethom iġibu 1.1 kilometri, se titjieb is-sigurtà f’numru ta’ junctions li hemm matul din ir-rotta bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa t’isfel tal-pajjiż. Dan filwaqt li se jżidu wkoll il-kapaċità u l-effiċjenza billi se jonqos il-ħin tal-istennija għad-dħul u l-ħruġ minn din it-triq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend