Tkompli tissokta l-kriżi politika fil-Veneżwela b’xeni li jistgħu jiġu deskritti bħala apokalittiċi.
Il-pajjiż ilu bla provvista tal-eletriku għal dawn l-aħħar sitt ijiem u l-isptarijiet fil-Venezwela qed isibuha diffiċli li jlaħħqu mad-domanda għolja.
L-agħar milquta kienu nies bi bżonn ta’ kura intensiva u minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż ma jistgħux jiġu ttrattati.
Bis-sitwazzjoni tal-faqar kulma jmur tintensifika f’dawn l-aħħar jiem u t-temperaturi jogħlew sal-erbgħin grad Celcius, il-kriżi fil-Venezwela laħqet proporzjonijiet li teħtieġ intervent globali.