Il-Pulizija qed tinvestiga attentat ta’ serqa li sar f’binja ta’ appartamenti fi Triq Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.
Filmati li kiseb one.com.mt juru żewgt irgiel liebsin hoodies jippruvaw jidħlu fl-appartament.
F’wieħed mill-filmati jidher ċar wieħed miż-żewġ persuni.
Sorsi li tkellmu magħna qalu li l-persuni l-ewwel ippruvaw jidħlu mill-bieb prinċipali. Iżda meta ma rnexxilhomx, ippruvaw jidħlu mill-bieb ta garaxijiet li jinfed għall-komun tal-appartmenti, fejn hemm diversi kameras tas-sigurta.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija u saru testijiet forensiċi fil-binja.