€4.9 miljun f'rifużjoni tat-taxxa fuq vetturi rreġistrati fl-2008 | One News

Notifiki

€4.9 miljun f’rifużjoni tat-taxxa fuq vetturi rreġistrati fl-2008

Sitt elef u tliet mitt ruħ se jieħdu bejniethom erbgħa miljun u disa mitt elf ewro f’rifużjoni ta’ taxxa żejda li ntalbu jħallsu fuq il-karozza li xtraw fl-2008.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-trasport Ian Borg u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nedew għall-aħħar darba l-iskema ta’ rifużjoni tat-taxxa żejda li tħallset fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-2004 u l-2008, u  b’hekk se jingħalaq kapitlu ieħor ta’ inġustizzja li saru fil-passat.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li din is-sena l-Gvern se jrodd l-akbar ammont li qatt ta u b’kollox se jkun radd aktar minn tlieta u għoxrin miljun ewro lil kważi disgħa u għoxrin sid ta’ vettura.

“Għandek 29,000 persuna li matul is-snin se jkunu ħadu lura kważi erbgħa u għoxrin miljun ewro. Wegħda li nżammet. Transport Malta kellha rwol importanti biex tara min kien eliġibbli, toħroġ il-pagamenti u l-aħħar pagamenti se jintbagħatu fl-aħħar ta’ Mejju,” qal Dr Borg.

Is-Senior Manager ta’ Transport Malta, Gilbert Agius, qal li matul dawn il-ħames snin dawk elġibbli setgħu japplikaw biex jirċievu r-rifużjoni.

“Kien hemm madwar 29 persuna li huma eliġibbli għal din l-iskema. Bażikament transport malta fl-elfejn u erbatax  fetħet l-iskema u setgħu japplikaw dawk il-persuni li rreġistraw vettura f’Mejju tas-sena 2004 u l-aħħar ta’ Diċembru tal-2008,” qal Gilbert Agius.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern preċedienti baqa’ ma raddx il-flus li ma kinux dovuti lilu minkejja li l-Unjoni Ewropea kienet ġibditlu l-attenzjoni li dawn il-flus ma setgħux jibqa’ jittieħdu.

Il-Professur Scicluna qal li din il-miżura kellha effett immedjat fuq l-ekonomija Maltija.

“Ir-rabta l-kbira ta’ tkabbir ekonomiku ta’ sebgħa punt wieħed fil-mija u xxebħu ma’ 2.1% ta’ qabel tirrealizza li l-gvern ikun jista’ jwettaq għax qed jaħdem bil-qawwi biex ikun hemm xi tqassam,” qal il-Professur Scicluna.

Il-Ministru Scicluna qal li din il-miżura turi fejn qed imur il-ġid li qed jinħoloq. Qal li permezz tagħha il-ġid li qed jiġġenera dan il-gvern qed imur fil-bwiet tan-nies.

Ir-rifużjoni se titħallas f’pagament wiehed permezz ta’ ċekk u dawk kollha li huma eleġibbli iżda qatt ma applikaw bejn l-2014 u l-2018 jisttħgu xorta japplikaw għar-rifużjoni tas-26 ta’ April li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend