Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ċaħad b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet tal-ewroparlamentari David Casa dwar in-nuqqas ta’ ħruġ ta’ viża lill-ġurnalista Torka Pelin Unker.
Fi stqarrija, il-Ministeru qal li Pelin Unker inħarġitilha viża u tista’ tattendi għall-attività li hija skedata biex tattendi.
Qal li d-deċiżjoni li membri tal-familja ta’ Unker ma jingħatawx viża kienet ibbażata fuq deċiżjoni ta’ membru stat ieħor taż-żona Schengen, li wkoll ma ħariġx viża lill-istess individwi fuq applikazzjonijiet simili.
L-applikazzjoni ġiet ittrattata skont il-proċeduri.