Matthew Camilleri ta’ 32 sena u li jaħdem għal rasu nżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li għal numru ta’ xhur seraq minn diversi postijiet fosthom ħwienet u anke residenzi minn diversi lokalitajiet f’Malta.
L-imputat wieġeb mhux ħati u ma talabx għal ħelsien mill-arrest u għalhekk inżamm arrestat.
Iktar qabel: Ħidma mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali wasslet biex jiġi arrestat raġel Malti wara li allegatament wettaq diversi serqiet minn uffiċini u ħwienet madwar Malta.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel allegatament għamel sensiela ta’ serqiet fil-Mosta, Sliema, Ta’Xbiex, San Ġiljan, Birkirkara, il-Gżira, Marsaskala, Raħal Ġdid u San Ġwann.
Huwa se jitressaq il-Qorti iktar tard illum quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli.