Annimal fuq bejt joħloq tħassib u kontroversja | One News

Notifiki

Annimal fuq bejt joħloq tħassib u kontroversja

Fuq il-midja soċjali qed jiċċirkola filmat ta’ dik li tidher bħala tigra fuq bejt ta’ post.

Dan il-filmat qajjem kontroversja hekk kif diversi attivisti tal-annimali taħt il-filmat qed iħallu kummenti u messaġġi kontra dik li tidher bħala moħqrija fuq dan l-annimal

Dlonk wieġeb sid l-annimal li qal li sakemm l-annimal jingħata x’jiekol u fejn joqgħod m’hi qed issir l-ebda moħqrija.

Fil-filmat l-annimal jidher li ma jidhirx komdu hekk kif beda’ jipassiġġa ‘l quddiem u lura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend