F’seduta storika fil-parlament dwar l-intrapriża f’Malta, ipparteċipaw għadd ta’ negozjanti u membri mill-kamra tal-kummerċ.
Dan hekk kif għall-ewwel darba, kellhom iċ-ċans li jsemmgħu leħinhom dwar il-kompettitivita, il-ħiliet fis-suq tax-xogħol, l-iżvilupp sostenibbli u r-riċerka u l-innovazzjoni.
Il-president tal-Eurochambres, Christoph Leitl faħħar il-pass li ħadet Malta biex organizzat din is-seduta speċjali u l-fatt li dejjem qed tkun fuq quddiem biex tieħu inizjattivi sabiex l-industrija lokali taħseb ukoll globalment: “Malta is here giving a step forward and this step forward moves in the in the right direction.”
Il-Perit David Xuereb, li huwa deputat president u membru tal-kunsill tal-kamra tal-kummerċ fisser it-tibdil li għaddejja minnu Malta, tibdil li fi kliemu qatt ma rajna bħalu qabel: “The reality that this country is undergoing a transformative economic change, the likes of which we have seen very few in the history of this country.“
Kenneth Farrugia, membru tal-kamra tal-kummerċ esprima sodisfazzjon għall-inizjattivi li qed jittieħdu hekk kif stqarr li dawn qed imorru pass pass lejn ġejjieni sostenibbli għas-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta: “Looking at the initiatives in progress, education ones that are being taken forward, the incubation centre that is being developed, I think this goes well for the sustainable future of the Financial Services Industry in Malta.”
Minkejja n-negattivita tal-kap tal-Oppożizzjoni dwar it-trasport pubbliku f’pajjiżna, Konrad Pule, li wkoll huwa membru tal-kamra tal-kummerċ appella biex wieħed jirrikonoxxi t-titjib li sar f’dan il-qasam.
“The company that I represent is already providing a far reaching public transport service in Malta and Gozo and is very well positioned to be the natural choice for people wanting to travel easily. We are all very proud to have hit record of 53 million passengers in 2018, this is a 40% increase over 4 years.