BIL-FILMAT: Kważi 128,000 turist jżuru lil Malta f’Jannar – żieda ta’ 2.4% – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Kważi 128,000 turist jżuru lil Malta f’Jannar – żieda ta’ 2.4%

Wara r-rekord fil-wasliet ta’ turisti matul is-sena li għaddiet, ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li f’Jannar waslu f’Malta kważi mija u tmienja u għoxrin elf turist, jiġifieri żieda ta’ tnejn punt erbgħa fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li aktar minn mija u erbatax-il elf turist żaru l-gżejjer Maltin għall-btala waqt li aktar minn disat elef u erba’ mija żaru lil Malta għal skop ta’ negozju.

It-turisi li ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea żdiedu b’aktar minn 14 fil-mija u qabżu l-20 elf u sebgħa mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

L-ewwel xahar tas-sena ra żieda wkoll fl-għadd tal-iljieli ta’ 7.6 fil-mija u laħqu d-912-il elf lejl.

Matul l-istess xahar, it-turisti nefqu erbgħa u tmenin miljun ewro u sebgħa mitt elf ewro, żieda ta’ tlieta fil-mija meta mqabbel mal-2018.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend