Jessica Magro Butler tirbaħ l-ewwel 'Ladies Demolition Derby' | One News

Notifiki

Jessica Magro Butler tirbaħ l-ewwel ‘Ladies Demolition Derby’

Nhar il-Ħadd li għadda 10 ta’ Marzu 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b’suċċess is-sitt attivita Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019. Għal din l-attivita ħadu sehem il-Karozzi Autocross fejn irreġistraw 22 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet, dik Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Diesel. Fl-aħħar tal-program ġiet organizzata għal l-ewwel darba ‘Ladies Demolition Derby’ li għalija ipparteċipaw 10 nisa. Il-Ħadd fil-għodu ġiet organizzat ukoll il-ħames attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Trials li saret fil-barriera tas-Sagħtar limiti tan-Naxxar.

Matul il-ġurnata mill-Autocross li jtellqu fi tliet Heats u Finali kellna dawn ir-rizultati. Mill-Finali Klassi A Modified rajna lil Terence Azzopardi fuq Opel Corsa jirbaħ il-Finali segwit min Melo Zammit fuq Opel Corsa u min Noel Zammit fuq Fiat Punto fil-waqt li fir-raba post daħal Jean Paul Grech fuq Opel Corsa.

Fil-Finali Autocross Modified Klassi B rajna lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jirbaħ din il-finali segwit min Theo Micallef fuq Ford Fiesta. Fit-tielet post daħal Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205 filwaqt li fir-raba post daħal Paul Formosa.

Mill-Finali Autocross Standard rajna lil Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 jirbaħ din il-klassi segwit min Kyle Agius fuq Opel Nova waqt li fit-tielet post daħal Quinn Camilleri fuq Citroen AX. Ir-raba post intrebaħ min Liam Formosa fuq Ford Fiesta. Dan ir-rizultat jista jinbidel wara li jiġi analizzat mill-Kumitat Ezekuttiv.

Mill-Attivita bil-Muturi Trials kellna dawn ir-rizultati. Fi Klassi A rajna lil Damon Bonello fuq TRS jirbaħ din l-attivita segwit min Rowen Bonello fuq mutur Beta. It-tielet post intrebaħ min Ian Scicluna fuq mutur Beta. Fil-Klassi B Juniors rajna lill Isaac Scicluna fuq Gas Gas jirbaħ din il-klassi segwit min Julian Scicluna fuq Oset u fit-tielet post insibu lil Dion Micallef fuq mutur Beta. Fir-raba post daħal Karl Bartolo fuq mutur Beta.

Intant il-qofol u l-għeluq tal-program tal-Ħadd kienet id-Demolition Derby tan-Nisa fejn 10 kompetituri irreġistraw għal din l-ewwel edizzjoni f’Malta. Dawn kienu Carol Bowell fuq Toyota Starlet, Michaela Sammut fuq VW Polo, Francesca Schembri fuq Ford Fiesta, Panthea Butler fuq Skoda Favorit, Kayleigh Desira fuq Toyota Starlet, Mandy Farrugia Lomax fuq Skoda Favorit, Yanica Gilford fuq Kia Pride, Mary Butler fuq Skoda Favorit, Jessica Magro Butler fuq Subaru J10 u Maronia Mallia fuq Skoda Favorit.

Kollox beda fit-3:20pm fejn wara li l-kompetituri nisa li għal diversi snin jissaportjaw lil-irġiel tagħhom jew membri oħra tal-familja issa kienu n-nisa fil-kontroll assolut tal-vettura taħħom. Dawn l-ewwel għamlu parata ta’ zewġ dawriet mal-Korsa u wara ingħata is-sinjal għal bidu ta din id-Derby. Minkejja li dawn qatt ma kellhom l-esperjenza wara l-isteering ġa Demolition, bdew jagħtu daqqiet spettakolari b’teknika pulita fis-sewqan u skont ir-regolamenti tal-logħba b’attenzzjoni li ma tinkiser l-ebda regola. Dawn l-għaxar kompetituri għamlu show mil-isbaħ minkejja li numru kbir mill-pubbliku prezenti bdew jissaportjaw karozzi jew oħra. Wara kwazi 50 minuta ta’ battalja bejn dawn il-karozzi kien għad fadal dwell bejn Magro Butler u Sammut fejn għal kwazi 15 il-minuta rajna lil dawn iz-zewġ karozzi jgħatu u jaqilgħu daqqiet waqt li l-magni tagħhom ma setgħu jintfew b’xejn.

Waqt li Sammut kien għad kellha l-karozza timxi u taħdem dik ta Magro Butler baqgħat taħdem u timxi izda bir-roti ta wara wiqfin għal kollox. Dik li kella tkun l-aħħar daqqa biex tiddetermina min ser ikun ir-rebbieħ rajna liz-zewġ karozzi jintfew u jergħu jistartjaw qishom karozzi ġodda. Fejn isoltu naraw l-aħħar daqqa li dittermina r-rebbieħ kien nar zgħir li zviluppa fil-magna ta’ Sammut li bi prekawzjoni kella Sammut kellha tabbanduna l-karozza u tiġi ddikjarata Runner-Up waqt li Magro Butler rebħet din l-ewwel edizzjoni ta ‘Ladies Demolition Derby’. Iz-zewġ finalisti ferħu b’xulxin fuq is-saqaf ta waħda miz-zewġ karozzi Finalisti.

Il-President tal-Assoċjazzjoni qabel il-prezentazzjoni tat-trofej rringrazzja lil l-irġiel tal-kompetituri li ħadu ħsieb jippreparaw il-Karozzi biex dawn in-nisa setgħu jieħdu sehem f’din id-Derby u lin-nisa wkoll tal-wirja sportiva li wrew. Il-President ħabbar ukoll li din l-attivita ser tiddaħħal fil-kalendarju tal-ASMK bħal Demolitions oħra.

Intant diġa bdew il-preparament għal Demolition Derby bil-karozzi zgħar li dejjem issir qabel l-Easter. Biex wieħed jirreġistra jrid jattendi il-Laqgħa li ser issir nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu 2019 fl-iskola Nazzjonali tal-Isport, Pembroke. Il-Laqgħa tibda fit-8.00pm.

L-Attivitajiet ikomplu nhar il-Ħadd li ġej 17 ta’ Marzu bil-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2018/2019. Din ħa tkun il-Ħames attivita f’dan l-istaġun u tibda fl-10.00am gewwa il-kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend