BIL-FILMAT: 700 bidwi u raħħal bi ħsarat kawża tal-maltempata | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 700 bidwi u raħħal bi ħsarat kawża tal-maltempata

700 bidwi u raħħal ġarrbu ħsarat fl-għelieqi u l-irziezet tagħhom kawża tal-ikbar maltempata li ħakmet lil pajjizna sa mill-1982.

Permezz ta’ freephone, li twaqqaf mill-Ministeru tal-Ambjent, dawn il-bdiewa u raħħala talbu l-għajnuna tal-Gvern minħabba l-ħsara li ġarrbu u li ammontat għal spejjeż kbar.

Id-Direttur Ġenerali għall-iżvilupp rurali Mario Spiteri qal li issa d-direttorat għandu stampa ċara tal-ħsarat li saru kawza ta’ din il-maltempata.

“Għamilna inventarju tal-ħsarat. Ġbarna l-informazzjoni. Sar verifiċi. Anki b’ritratti mill-għoli biex naraw xi ħsarat saru. Issa jiġu ikkwalifikati l-ispejjeż.”

Parti kbira tal-ħsarat kienu fuq l-uċuħ tar-raba. Serer li inqalgħu u ħitan tas-sejjieħ li waqgħu kawza tal-qawwa tal-maltemp. Fost dawk l-aktar li sofrew ħsarat estensivi kien hemm bdiewa u raħħala li għandhom l-għelieqi u l-irziezet tagħhom fil-lokalitajiet u l-inħawi ta’ Ħad Dingli, Burmarad, Rabat, Ħaż Żabbar u Wied il-Għajn.

“Ġieli rajna għalqa ħdejn l-oħra. Waħda sarilha ħafna ħsara imbad l-oħra ma tantx. Għax jiddependi x’għandek ilqugħ. U anki fl-liema parti ta’ Malta tkun. Xorta tqaċtulhom is-serer imma il-bqija kien hemm min ma tantx kellhom ħafna ħsarat.”

Kawża tal-maltempata l-prodotti li kienu fuq l-uċuħ tar-raba u prodotti li jikbru fis-serer, bħal frott u ħxejjex ukoll intlaqtu mill-maltempata.

Filfatt, id-Direttur Ġenerali għall-Iżvilupp rurali Mario Spiteri, qal li prodotti lokali bħal frawli, qarabli, patata, cherry tomatoes u bzar ikkulurit jafu jkunu ftit skarsi mis-suq lokali fil-ġimgħat li ġejjien.

Ġara ħafna ħsara fuq patata u hekk. Ma nqerditx ta’ Malta kollha. Il-prezz issa jogħla xi ftit jew inkella prodott ma jsibux lokali.

Mario Spiteri, faħħar il-pass importanti li ħa l-gvern li se jitlob fondi Ewropej sabiex jgħin lil dawn il-bdiewa u raħħala li jesperjenzaw ħafna diffikultajiet sabiex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum.

Il-bdiewa ma jsibux minn jagħmilhom insurance u għalhekk il-Gvern ħa dan il-pass għaqli biex jgħin lil dawn il-bdiewa għax jilqalgħhom għal dawn id-danni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend