Grupp ta’ membri parlamentari mill-Partit Konservattiv iddikjaraw li ser jivvotaw kontra l-ftehim ta’ Theresa May dwar Brexit.
Huma qalu li mhumiex konvinti dwar iċ-ċertazza legali li rnexxielha ġġib il-Prim Ministru Ingliż wara laqgħat twal mal-ogħla uffiċjali Ewropej fi Strasburgu.
Dan huwa t-tieni vot b’rabta mal-ftehim dwar Brexit. Dan wara li f’Jannar illi għadda l-ftehim oriġinali m’għaddiex minħabba li mitejn u tlettin membru parlamentari ivvotaw kontrih.
Konsegwentament, May kellha terga tiftaħ id-diskussjonijiet bil-għan li ġġib ftehim aħjar li jġib miegħu ċertezza legali dwra il-fruntiera Irlandiża.
Sorsi qalu li d-DUP mistennija li jivvotaw kontra dan il-ftehim. Bl-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li mhux ser ikun hemm aktar negozjati ġodda.