Vaffa… lil ta' Venezja | One News

Notifiki

Vaffa… lil ta’ Venezja

Tiftakru meta ġew tal-Kummissjoni ta’ Venezja?  U għedtilkom li aħjar inkantawlhom il-kanzunetta ta’ Marco Masini?  Liema waħda?  Naturalment dik Vaffan….

Jekk kien hemm prova kemm kelli raġun biżżejjed li wieħed jara x’ġara f’dawn il-jiem.  Ġejna biex nagħżlu President tar-Repubblika. Il-Partit Laburista għażel sewwa li Dr George Vella.  Wara ftit il-Partit Nazzjonalista,  u dan ngħidu b’ġieh għalihom, iddikjaraw li lesti li jagħtu l-appoġġ tagħhom lin-nomina ta’ Dr George Vella.

Hekk bħala Maltin tajna eżempju kif għandhom isiru l-affarijiet minkejja ċ-ċokon tagħna.  Kieku kien għall-Kummissjoni ta’ Venezja, appoġġ li nagħmlu votazzjoni u l-ewwel tliet votazzjoni biex Dr George Vella jsir President. L-ewwel ikun hemm tliet votazzjoni ħalli jipprova jkollu maġġoranza ta’ żewġ terzi, mbaghad meta dan ma jkunx possibbli,  ngħaddu għall-maġġoranza sempliċi.

Jiġifieri kieku nieħdu l-parir tagħhom fl-aħħar mill-aħħar nispiċċaw li niddeċiedu b’maġġoranza sempliċi.

Imma li l-partit tal-Oppożizzjoni jingħaqad mal-partit  fil-gvern u jaqbel ma’ għażla sewwa,  mingħajr votazzjonijiet fażulli, kemm hu gieh għal dan il-pajjiż żgħir !

Mhux  aħjar li fuq l-eżempju tal-Maltin imorru jgħidu lill-pajjiżi oħra tal-Ewropa kif għandhom isiru l-affarijiet bil-galbu u bil-għaqal.   U mhux jiġu jgħidu lilna kif għandna nagħmlu.

Jekk ma jagħmlux dan fuq l-eżempju eċċellenti ta’ Malta,  ngħidilhom il-kanzunetta kollha  ta’ Masini (it-Taljan mhux l-Għawdxi)  “Vaffanculo”

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend