Tliet plejers sospiżi logħba mill-kampjonat Premier | One News

Notifiki

Tliet plejers sospiżi logħba mill-kampjonat Premier

Hekk kif illejla tibda tintlagħab il-21 ġurnata tal-Kampjonat Premier, ilbieraħ filgħaxija il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ħabbar is-sospensjonijiet tiegħu fejn tliet plejers ġew sospiżi logħba kull wieħed. Dawn huma:

Taylon Marcolino (Hibernians FC)

Ricardo Martin (St Andrews FC)

Jacson Paixao (Tarxien R. FC)

L-attakant ta’ Hibernians Marcolino ser jitlef il-logħba tal-lejla kontra Sliema Wanderers filwaqt li Ricardo Martin ta’ St Andrews ser ikun nieqes għal logħba tal-Ħamis kontra Senglea Athletic.  Paixao ta’ Tarxien ser jitlef il-logħba tal-Ħamis kontra Qormi FC.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend