Jidher li l-organizzazzjoni terroristika IRA qed terġa tqajjem rasha fir-Renju Unit.
Dan hekk kif il-Pulizija ta’ Londra qalet li grupp ta’ persuni li sejħu lilhom nfushom bħala l-IRA ħadu r-responsabilità ta’ splussiv li tħalla f’Londra u Glasgow il-ġimgħa li għaddiet.
L-isplussiv instab f’basktijiet tal-posta id-daqs ta’ karta ġo l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Waterloo fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ajruporti ta’ London City u Heathrow kif ukoll fl-Università ta’ Glasgow bejn il-5 u s-6 ta’ Ġunju.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija ta’ Londra u ta’ Glasgow rispettivament.
Il-memorji tal-kampanja ta’ terroriżmu mill-IRA fir-Renju Unit għadhom friski għal ħafna. Dik li hi magħrufa bħala l-Provisional Irish Republican Army wettqet għexjieren ta’ attakki terroristiċi fir-Renju Unit bejn is-snin sittin u l-aħħar tas-seklu li għadda.
L-għar fost dawn kien l-attentat fuq il-ħajja tal-Prim Ministru Magaret Thatcher fil-konferenza tal-Partit Konservattiv Ingliż fi Brighton fl-1984. Dan kien ħalla ħames persuni mejta iżda Thatcher ħelsitha ħafif.
L-IRA kienet tisħaq għal Irlanda magħquda u kienet tqis l-Irlanda ta’ Fuq bħala territorju Irlandiż okkupat illegalment mir-Renju Unit.
Il-kampanja tal-IRA kienet waqfet meta ġie ffirmat il-ftehim ta’ Belfast fl-1998.