Faraj Mohamed Faraj El Ragig ta’ 33 sena intbagħat sentejn ħabs wara li f’Diċembru li għadda attakka u gidem żewġ uffiċjali tal-Pulizija li kienu qed jgħinuh.
Irriżulta li fis-17 ta’ Diċembru, il-Pulizija sabu lill-imputat li jgħix il-Marsa fis-sakra, mitluf minn sensih, u b’xi ġrieħi f’wiċċu.
Fil-Qorti rriżulta li waqt li l-Pulizija kienu qed iċemplu għal ambulanza għalih, ir-raġel qam, għajjat Allah hu akbar, u attakkahom; tant li kellhom jużaw it-taser biex jikkontrollawh.
Għaldaqstant il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech bagħtet lir-raġel sentejn ħabs, fejn żiedet li jekk dan l-aġir jiġi permess, il-pajjiż se jkun dak li l-iktar imur minn taħt. Tenniet li attakki fuq uffiċjali m’għandhomx ikunu ttollerati u għandhom jingħataw kastig aħrax.