Eżattament x’ħin il-pumpiera kienu kważi tfew in-nirien fil-Marsa, daħal rapport ieħor li żviluppaw nirien f’lukanda ewlenija fil-Qawra.
Jidher li n-nirien żviluppaw mis-sawna tal-lukanda Qawra Palace Hotel. Madanakollu dawn infirxu tant li fuq il-post isejjħu għadd kbir ta’ vetturi tat-tifi tan-nar.
Isejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei mmexxi minn Dr. Michael Spiteri li ta l-ewwel għajnuna lil 26 turist.
Fil-fatt it-tabib Spiteri flimkien ma’ Dr Jonathan Joslin ramaw dak li jissejjaħ advanced medical post biswit il-lukanda. F’dan il-post dawk evakwati ingħataw l-ewwel għajnuna. L-ebda minn dawn il-persuni ma ttieħdu l-isptar.
Fuq il-post marru wkoll il-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili s-Sur Emanuel Psaila u l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia.