Ajruplani tat-tip Boeing 737 Max ġew imwaqqfa milli jtiru fl-Unjoni Ewropea. Dan wara il-waqa’ ta’ ajruplan Boeing 737 Max tal-Ethiopian Airlines il-Ħadd li għadda.
Fi stqarrija, l-Aġenzija Ewropea tas-sigurta fl-avjazzjoni qalet li din il-projbizzjoni se tgħodd ukoll għal ajruplani ta’ dan it-tip li jużaw biss l-ispazju tal-ajru Ewropew.
Iktar kmieni, iċ-Ċina, Singapore u l-Awstralja wkoll ħadu passi simili.
L-aġenzija Ewropea qalet li qed tkompli tanalizza l-informazzjoni hekk kif issir disponibbli.