Is-servizz nazzjonali tat-trasfużjoni tad-demm qal li hemm bżonn sostanzjali ta’ donazzjonijiet ta’ demm biex ikopru trasfużjonijiet meħtieġa għal għadd ta’ tfal morda, fosthom bil-kanċer.
Fuq il-midja soċjali, qal li jkun apprezzat li d-donazzjonijiet tad-demm isiru llum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa sas-6pm.
Fakkar li minħabba xogħlijiet li qed isiru bħalissa fi Pjazza San Luqa, id-donaturi tad-demm jistgħu jipparkjaw f’kull żona tal-pjazza.