Żewġ rebħiet għal Luxol u Valletta jibqgħu jirbħu | One News

Notifiki

Żewġ rebħiet għal Luxol u Valletta jibqgħu jirbħu

Matul il-ġimgħa li għaddiet kompla l-kampjonat tal-futsal lokali b’żewġ rebħiet għal Luxol kontra Birkirkara u Swieqi United.

Fl-ewwel logħba t-tim minn St. Andrews għeleb lil Birkirkara bl-iskor ta’ 4-3. Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba ferm bilanċjata u Birkirkara kellhom l-aħjar prestazzjoni f’dan l-istaġun.

Fil-logħba l-oħra Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 10-1. Għal Luxol kellna doppjetti ta’ Shataizan Zarb, George Frendo, Maicon Silva Gaiewski u Mark Zammit, flimkien mal-gowls ta’ Leanderson Coriolando Sant’Anna u Andy Mangion. L-uniku gowl ta’ Swieqi United ġie skurjat minn Maximilano Navarro.

Minkejja t-telfa li kisbu kontra Luxol, jumejn qabel Swieqi United kienu kisbu rebħa deċiżiva ta’ 3-1 fuq Tarxien Rainbows.

Il-Ġimgħa filgħaxija kellna tliet logħbiet oħra, fejn it-tim tal-Università ta’ Malta kiseb rebħa sodisfaċenti ta’ 6-5 fuq Tarxien Rainbows. Valletta min-naħa tagħhom żiedu rebħa oħra meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 5-2.

Intant f’logħba waħda li kellna mill-Ewwel Diviżjoni, konfront ferm interessanti bejn Pietà Hotspurs u Luxol U19, li ra liż-żgħażagħ minn St. Andrews jiksbu d-dro ta’ 5-5 fl-aħħar ħmistax-il sekonda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend