Skopri l-istorja tal-kollezzjoni Nazzjonali ta' pitturi u skulturi fil-MUŻA | One News

Notifiki

Skopri l-istorja tal-kollezzjoni Nazzjonali ta’ pitturi u skulturi fil-MUŻA

Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tistieden il-pubbliku għat-taħdita Stories and Histories: The genesis of the national collection of paintings and sculptures, li se ssir fil-mużew tal-arti, il-MUŻA.

Fl-2020, MUŻA u Heritage Malta se jkunu qed jiċċelebraw il-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Berġja tal-Italja bħala s-sede ta’ dak li kien magħruf bħala l-Valletta Museum, u l-fondazzjoni tas-sezzjoni tal-arti li llum hija l-MUŻA, li issa ġiet relokata mill-ġdid għal-post fejn ngħatat il-ħajja. Infatti, fi Frar tal-1920 il-proposta biex il-Berġja tal-Italja tiġi trasformata f’mużew tqieset bħala l-aħjar lwog fejn Vincenzo Bonello, il-fundatur tal-kollezzjoni li llum tifforma l-MUŻA, seta’ jiġbor flimkien it-teżori nazzjonali.

Dr Sandro Debono, il-Kuratur Anzjan ta’ MUŻA, se jiddiskuti l-aħħar sejbiet u riċerka ġdida dwar il-bidu tal-kollezzjoni nazzjonali, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pitturi u skulturi. Id-diskussjoni se titratta l-isfidi tat-twaqqif ta’ mużew f’perjodu bejn żewġ gwerer dinjin, hekk kif kellhom jiġu ndirizzati d-diffikultajiet relatati mal-identità nazzjonali, u kif ukoll in-narrattiva ta’ dawk li kienu favur l-Italja u l-Ingilterra.

Id-diskussjoni tibda fis-6.45pm, u d-dħul huwa bla ħlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend