Ronnie – One News

Notifiki

Ronnie

Kull min bħali, huwa attivist tal-Partit Laburista, bilfors jaf lir-Ronnie Pellegrini.

Ronnie ma kienx persuni tal-kameras, kien persuna tax-xogħol, tas-sagrifiċċju, tal-impenn, tad-determinazzjoni, punt ta’ riferiment u leali.

Qed nitkellem hekk fuqu mhux għax ħalliena, iżda għax huwa dak li nemmen, dak li esperjenżajt u bħali hemm ħafna.

Żgħażagħ bħali attivi fil-Partit Laburista, bilfors li tkellmu miegħu. Ronnie kien mutur b’saħħtu wara ż-żgħażagħ, dejjem lest li jħeġġeġ, li jagħti l-kuraġġ li jkun ta’ spalla biex dak li jkun jirnexxi.

L-ambizzjonijiet ta’ kull individwu kien jagħmilhom tiegħu.

L-istess bħal ma kien jagħmel tiegħu, kull min kien jiġi quddiemu għal xi għajnuna.

Ronnie ħafna drabi kien ikun hu l-aħħar wieħed li jitlaq mit-tielet sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, kien jibqa’ jara n-nies sa tard, jisma’ iżda fuq kollox jaġixxi.

Minn jaf kemm mort ħdejh, minn jaf kemm flimkien ma’ sħabi, dħaqna, ssumajna u ħdimna mill-uffiċċju ċkejken tiegħu li kien iżomm kollox eżatt fih, kollox ordnat u nadif tazza.

Niftakar epsidoju partikolari, meta kienet issejjħet l-elezzjoni tal-2008, mill-Università, jien u sħabi morna niġru ċ-Ċentru, u ovvjament kulħadd għal ħdejn Ronnie li kien qiegħed hemm fl-uffiċċju tiegħu, kwiet, jisma’ u jsegwu dak kollu li għaddej.

Kien jieħu pjaċir jarana kollha magħqudin, kollha katina.

Aktar tard meta mort, naħdem iċ-Ċentru, dejjem kien jgħaddi ħdeja, jekk ma jiġiex hu, dejjem kont imur nittawwal jiena.

Ma’ Ronnie telqet biċċa kbira ħafna taż-żogħżija tiegħi, mill-attiviżmu tiegħi fil-Partit Laburista iżda wkoll biċċa kbira ħafna mill-Partit Laburista u mill-GWU.

Ronnie se jibqa’ mfakkar bħala ħabib, bħala persuna li ħabb in-nies, li ħabb il-familja tiegħu li tant kien isemmi, bħala suldat tal-azzar u bħala persuna li għex l-ideal li kien jemmen fih fil-prattika.

Se nimmisja ngħaddi ħdejh.

Se nimmisja xi ikla li ġieli konna mmorru, jew li nerġgħu nagħmlu safra bħal ma konna għamilna biex naraw il-futbol.

Se nimmisjah fil-festa ta’ San Gejtanu li wkoll kien tant jistenna.

Se nimmisja dak il-leħen sod waqt xi telefonata.

Ronnie, kont, għadek u se tibqa’ f’qalb ħafna.

Insellimlek Suldat tal-Azzar.

Ta’ QabelLi Jmiss
Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Send this to a friend