Malta se tospita l-Kampjonat Mediterranju tal-bowling f’April li ġej – One News

Notifiki

Malta se tospita l-Kampjonat Mediterranju tal-bowling f’April li ġej

Malta se tospita t-22 edizzjoni tal-Kampjonat Mediterranju tal-Bowling. Fl-ewwel ta’ April se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ bil-kampjonat jibda l-għada u jintemm fis-sitta ta’ April bil-Masters. Malta se tkun qed tiġi rrappreżentata minn Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi u Justin Caruana Scicluna. Caruana Scicluna se jkun qed jiddefendi l-medalja tad-deheb li rebaħ is-sena l-oħra. Sue Abela hija l-unika parteċipanta li ħadet sehem fl-edizzjonijiet kollha.

Il-President tal-Malta Ten Pin Bowling, Paul Baldacchino, qal li l-pleyers Maltin jitħarrġu kontinwament. Il-kampjonat Malti jibqa’ sejjer sena sħiħa ħlief matul il-festi tal-Milied u fix-xahar ta’ Awwissu. Isir taħriġ ukoll biex iħarreġ lill-players Maltin għall-kampjonati internazzjonali. Is-Sur Baldacchino spjega li dawn huma importanti għaliex il-kompetituri jużaw l-istess teknika li kieku jużaw waqt it-taħriġ għall-kompetizjonijiet barra minn Malta.

Din l-edizzjoni tal-kampjonat attirat numru rekord ta’ parteċipanti minn sittax-il pajjiż. Il-Portugall, il-Kosovo u l-Eġittu se jikkompetu għall-ewwel darba.

Dawn il-kampjonati qed jiġu rikonoxxuti mill-federezzjoni internazzjonali tal-bowling, World Bowling. Filfatt, il-President tal-federazzjoni Sheik Talal Mohammed Al Sabah se jkun qed jattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ għall-ewwel darba.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li dawn il-kampjonati jkompli jpoġġu lil Malta bħala destinazzjoni għat-turiżmu sportiv. Spjega li bil-kampjonat, “se naraw atleti tal-ogħla livell f’pajjiżna, atleti li wħud minnhom huma champions renjanti ta’ dan l-isport popolari. Kif inhi l-istrateġija u l-politika tal-Gvern, se nkomplu nġibu turiżmu sportiv lejn Malta. Is-Segretarju Parlamentari Grima qal ukoll li Huwa rrikonoxxa s-suċċessi tal-Bowlers Maltin f’avvenimenti internazzjonali

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend