"Ma tistax ma tapprezzax il-professjonalità tal-vidjo mużikali ta' Michela"- kritiku u riċerkatur tal-Eurovision | One News

Notifiki

“Ma tistax ma tapprezzax il-professjonalità tal-vidjo mużikali ta’ Michela”- kritiku u riċerkatur tal-Eurovision

Jidher li ntlaqgħet tajjeb il-kanzunetta li biha l-kantanta Maltija Michela se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ Mejju li ġej f’Tel Aviv tant li f’inqas minn 24 siegħa mindu ġie ppubblikat il-video tal-kazunetta Chameleon, kienu kważi 300,000 ruħ  li rawh fuq you tube.

Ir-riċerkatur dwar il-valur edukattiv tal-Eurovsion, George Cremona qal li l-kanzunetta ħasdet lil xi wħud iżda ħarġet il-potenzjali tal-kantanta.

Ir-riċerkatur Cremona semma kif anke mal-kollegi riċerkaturi u anke l-ġurnalisti kkummentaw fil-pożittiv dwar il-kanzunetta. Minkejja r-reazzjonijiet pożittivi, Dr Cremona sostna li kollox jiddependi minn kif se tiġi preżentata l-kanzunetta waqt il-festival.

Mistoqsi dwar il-preferenza għall-għażla tad-diska, Dr Cremona qal li ma hemmx formola eżatta għal għażla tad-diska. Dr Cremona sostna li r-riċertka turi ċar li r-rebbieħa tal-Eurovision  kellhom kanzunetta tajba u li tispikka għalekmm mhux bilfors bil-bombastiċità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend