"Id-deċiżjonijiet fl-Ewropa għandhom ikunu jaqblu għal Għawdex daqs kemm għall-pajjiżi l-kbar"- Alfred Sant | One News

Notifiki

“Id-deċiżjonijiet fl-Ewropa għandhom ikunu jaqblu għal Għawdex daqs kemm għall-pajjiżi l-kbar”- Alfred Sant

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alfred Sant saħaq li jrid ikun żgurat li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin ikunu ta’ benefiċċju għal Għawdex daqs kemm ikunu ta’ ġid għall-pajjiżi l-kbar tal-Unjoni Ewropea.

Waqt konferenza f’Għawdex, spjega li jridu jkunu sfruttati l-iżviluppi ġodda fit-teknoloġija diġitali biex jinfetħu twieqi ġodda ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ Għawdxin f’Għawdex bl-għodo diplomatiċi, ekonomiċi u soċjali kollha u bl-għajnuna tal-Gvern Malti.

Sant innota li b’hekk, inkunu qed nilqgħu għall-iżvantaġġi tal-insularita doppja t’ Għawdex, hekk kif kull opportunita ta’ ġid għal Għawdex fl-Ewropa trid tissarraf bix jinħoloq il-ġid fl-istess gżira.

Fl-Imġarr Għawdex, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li prijorita ewlenija hija li tkun imħarsa l-identita ambjenatli t’ Għawdex waqt li jkunu nkoraġġuti u mgħejjuna inizjattivi taż-żgħażagħ Għawdxin biex jipproduċu prodotti Għawdxin.

Sant stqarr li huwa fiduċjuż li l-Gvern Malti se jinnegozja favur fondi għal Għawdex għall-baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea, u li se jiftħu l-bibien għal miżuri ġodda li jkomplu jistimulaw l-ekonomija Għawdxija. Waqt l-istess konferenza, Manuel Cuschieri qal li Għawdex għandu bżonn vuċi soda li twassal xi jħossu u jixtiequ l-Għawdxin. Sostna li dil-gżira għandha bżonn politiċi ta’ esperjenza u ppreparati biżżejjed biex iġibu l-aqwa vantaġġi għal Għawdex u jtaffu d-deċiżjonijiet negattivi li jistgħu ikunu ta’ detriment għal Għawdex.

Cuschieri qal li persuna li tista tagħmel dan kollu f’isem Għawdex huwa Alfred Sant.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend