‘Filium Dei’- id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira 2019 minn Senglea Drama Group – One News

Notifiki

‘Filium Dei’- id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira 2019 minn Senglea Drama Group

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, grupp tad-drama fil-lokalita’ tal-Isla, illi jġib l-isem ta’ Senglea Drama Group, dejjem ħa ħsieb sabiex itella’ drammi għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, dan l-istess grupp qed iħejji bil-preparamenti tiegħu sabiex jippreżenta dramm ieħor għal dawn iż-żminijiet. Id-dramm ta’ din is-sena bl-isem ‘Filium Dei’, huwa dramm fuq il-ħajja, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Waqt dan id-dramm, dawk kollha illi ser jattendu għalih, se jkunu jistgħu jgħixu flimkien mal-atturi, l-istorja ta’ dak illi ġie fostna sabiex isalva lill-umanita’ mid-dnub.

Dan id-dramm se jkun qed jiġbor ġewwa fih diversi xeni differenti kif ukoll diversi monologi minn karattri differenti, illi permezz tagħhom, l-atturi nvoluti, jdaħħlu lill-udjenza bħala parti minn dan l-istess dramm. L-istess dramm ser ikun qed joffri wkoll diversi effetti awdjo viżivi, kif ukoll effetti bid-dawl. F’dan id-dramm, ser ikunu qed jieħdu sehem madwar 50 attur.

Id-dramm ‘Filium Dei’ huwa dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, b’kitba ta’ Adrian Falzon, illi Senglea Drama Group ser ikun qed itella’ ġewwa s-sala tas-Sede Azzjoni Kattolika, fil-lokalita’ tal-Isla, nhar is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 t’April 2019, fis-7.30 p.m. Id-direzzjoni tad-dramm hija ta’ Adrian Falzon u Andrew Grech. Il-biljetti għal dan id-dramm, jistgħu jinxtraw mill-bar tas-Sede Azzjoni Kattolika, 72 Triq il-Vitorja, l-Isla, kuljum bejn is-6:00 p.m. u t-8:00 p.m. Għal iktar informazzjoni u bookings ta’ biljetti, il-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt ma dan il-grupp billi jċempel fuq 7944 9812 jew 9920 8015. Il-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt ukoll permezz ta’ l-indirizz elettroniku [email protected] Informazzjoni fuq id-dramm ‘Filium Dei’ u fuq Senglea Drama Group, tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku ta’ l-istess grupp, www.sengleadramagroup.com jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istess grupp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend