Wirja mill-isbaħ b'pitturi ta' xenarji f'Għawdex | One News

Notifiki

Wirja mill-isbaħ b’pitturi ta’ xenarji f’Għawdex

Żewġ artisti professjonali, Lawrence Galea u Leona Calleja Pace, qed itellgħu wirja ta’ 26 pittura mill-isbaħ ta’ xenarji f’Għawdex, fosthom  il-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra, ix-Xlendi u Marsalforn. Infatti l-wirja ġġib l-isem ta’ Gozo Endemic Landscapes 

Il-pitturi huma kollha fuq it-tila, bit-teknika użata hi painting knife u brush strokes.

Waqt l-ftuħ ta’ din il-wirja s-Sibt filgħaxija, saret kritika tal-arti mill-artist Vince Caruana.

Wieħed baqalu ċ-ċans jitpaxxa b’dawn il-pitturi sad-29 ta’ Marzu, ġewwa s-Citadella culture centre, space 2.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend