“Insellimlek ħabib”. Hekk iddikjara l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram ftit wara li dwiet l-aħbar tal-mewt tas-Sur Ronnie Pellegrini, trejdunjonista u attivist kbir tal-Partit Laburista.
Akkumpanja b’ritratt tiegħu ma’ Ronnie, hekk kif kien magħruf minn bosta fil-Partit Laburista, il-Prim Ministru sellimlu b’din il-frażi: Goodbye my friend”.
Is-Sur Pellegrini miet fl-għomor ta’ 64 sena wara marda kiefra li ħakmietu fl-aħħar xhur.