Tħabbret il-mewt ta’ Ronnie Pellegrini, li tul ħajtu serva f’bosta karigi fosthom fil-General Workers’ Union u fil-Partit Laburista. Is-Sur Pellegrini miet fl-għomor ta’ 64 sena.
Is-Sur Pellegrini miet fl-isptar Mater Dei kmieni l-Ħadd waranofsinhar wara marda twila li ħakmitu fl-aħħar xhur.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Ronnie Pellegrini, attivist kbir tal-Partit Laburista għal bosta snin.
Qal li f’perjodi differenti, inkluż fi żminijiet ta’ sfida, Ronnie Pellegrini kien punt ta’ referenza għal ħafna fl-istrutturi tal-Partit Laburista.
“Kien attiv u ħadem ukoll fit-trejdjunjoniżmu biex il-karriera tiegħu kienet marbuta mal-impenn soċjal demokratiku li d-drittijiet taż-żgħir ikunu imħarsa biex jimxi ‘l quddiem”, temm jgħid il-Partit Laburista.
Intant l-aħbar tal-mewt tas-Sur Pellegrini ġabet reazzjoni minn bosta li kienu jafuh mill-qrib tul ħajjithom fosthom deputati u żgħażagħ fil-Partit Laburista li ispirahom jidħlu fil-politika biex iservu lill-pajjiżna.
Is-Sur Pellegrini ħalla jibku t-telfa tiegħu lil martu Carmen u lil bintu Daniela u bosta qraba u ħbieb.
http://www.one.com.mt/2019/03/10/insellimlek-habib-il-prim-ministru/
RIP Ronnie – hajja dedikata ghall-partit u l-pajjiz. Kondoljanzi Iill-familja u hbieb. pic.twitter.com/5GRuaQSsKb
— Chris Fearne (@chrisfearne) March 10, 2019