Chameleon. Il-kanzunetta li biha Michela Pace se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv.
Kien proprju llum li tnediet l-kanzunetta b’vidjo mużikali mill-isbaħ fejn permezz ta’ din id-diska Michela turi t-talent mill-isbaħ tal-kant b’vuċi li tpaxxi l-widnejn.
Michela kienet l-ewwel kantanta li rebħet l-X Factor Malta li ttella’ għall-ewwel darba din is-sena fejn tul il-kompetizzjoni saħħret lill-ġurija u kif ukoll lis-segwaċi Maltin u Għawdxin.
Din id-diska ntgħażlet fost 300 sottomisjoni bil-kanzunetta tagħti lok lil Michela biex turi l-kapaċitajiet tagħha b’vidjo mużikali mill-isbaħ u modern.
Din is-sena l-Eurovision Song Contest se jkun qed jittella’ f’Tel Aviv f’Mejju ta’ din is-sena wara r-rebħa ta’ Netta f’Lisbona.