Titħabbar id-data tad-29 edizzjoni tal-IGM Awards | One News

Notifiki

Titħabbar id-data tad-29 edizzjoni tal-IGM Awards

Dan tħabbar waqt konferenza stampa mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin fejn il-Viċi Chairperson Roderick Agius spjega kif din is-sena se jkun hemm 18-il kategorija.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se tinkludi kategoriji ġodda fosthom kategorija dwar stejjer kulturali fuq il-midja socjali u portals.

Il-ġurnalisti li jagħżlu li jieħdu sehem għandhom sat-13 t’April biex jitfgħu s-sottomissjonijiet tagħhom, biex imbagħad fil-15  ta’ Gunju jitħabbru l-finalisti.

Din is-sena l-ġurnalisti huma mitluba jitfgħu biss sottomissjoni waħda għal kull kategorija, b’differenza għal snin oħra fejn kienu mitluba jitfgħu tlieta.

Intant fil-jiem li ġejjin l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin se jkun qed joħroġ applikazzjoni għall-ġurnalisti interessati li jingħaqdu mal-IĠM.

B’hekk ġurnalisti jkunu jistgħu japplikaw għall-press card f’isem l-IĠM.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend