Malta se tkun qiegħda sservi ta’ hub għal 20 kumpanija Ċiniza għas-suq Ewropew u l-Afrika ta’ fuq, bil-pjan tagħhom ikun ukoll li jinvestu f’Malta.
Dan ħareġ fit-tmiem ta’ żjara li delegazzjoni magħmula minn kumpaniji Ċiniżi għamlu f’pajjizna matul din il-ġimgħa.
Żjara li ħalliet il-frott hekk kif id-delegazzjoni Ċiniża iltaqgħet mal-Prim Ministru Joseph Muscat u għadd ta’ ministri sabiex jiddiskutu opportunitajiet ta’ investiment f’pajjiżna.
Song Chunfeng, miċ-Chinese Cultural Trade Promotion Assosiation qal li Malta huwa pajjiż uniku minħabba l-pożizzjoni tagħha u se tiftaħ bieb ta’ opportunitajiet għal kumpaniji Ċinizi.
Song Chunfeng miċ-Chinese Cultural Trade Promotion qal: “ Malta will be the getway of Chinese companies to enter Europe and North Africa”.
Is-Sibt filgħodu ġew iffirmati 9 memoranda of understanding bejn kumpaniji Ċinizi u l-President’s Trust Fondation, għall-kollaborazzjoni fi proġett tas-setturi varji fosthom il-mediċina, l-kostruzzjoni, l-infrstruttura, l-finanzi u l-ospitalità.
Song Chunfeng qal li huma se jikkolaboraw ma’ pajjiżna fil-mediċina Ċiniża u farmaċewtika.
Filwaqt li fiċ-Ċina se jinfetaħ ċentru li jippromovi lil Malta.
Huwa kompla billi qal: “The centre people can come and see and know about Malta culture and trade”.
Ladarba, jitwettqu proġetti bejn dawn il-kumpaniji Ċinizi u Malta, l-President’s Trust Foundation se tkun qiegħda tibbenfika minn dawn l-proġetti.
Michael Bianchi mill-President’s Trust Foundation qal: “Dawn il-kumpaniji huma enormi u se juzaw lil Malta għall-Ewropa u North Afrika”.
Il-President ta’ Malta esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha li din iż-żjara kienet waħda ta’ suċċess u ħalliet il-frott mixtieq għal ġid ta’ pajjiżna.