Tirritorna għal pre-season b'ħames xhur u nofs tqala | One News

Notifiki

Tirritorna għal pre-season b’ħames xhur u nofs tqala

Minkejja li għandha mal-ħames xhur u nofs tqala, il-plejer internazzjonali tal-Istati Uniti Sydney Leroux irritornat xorta waħda għat-taħriġ ta’ qabel l-istaġun.

Leroux, li tilgħab għat-tim ta’ Orlando Pride fl-Istati Uniti, mistennija li twelled f’Lulju li ġej.

Fuq Twitter, hija qalet li ma stennietx li se tkun qed titħarreġ f’dan l-istadju tat-tqala.

Hija saħqet li mhix qed tagħmel training li jinvolvi kuntatt iżda qed tagħmel taħriġ ħafif bil-ballun.

Qalet ukoll li mhix qed tpoġġi lilha nnifisha f’sitwazzjonijiet fejn tista’ tintlaqat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend