Spettaklu ta' mużika, dwal u viżwal mid-dinja taċ-ċinema fl-MCC | One News

Notifiki

Spettaklu ta’ mużika, dwal u viżwal mid-dinja taċ-ċinema fl-MCC

Wara s-suċċess miksub is-sena l-oħra bil-kunċert ‘Movies at the Palace’, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa għandha mħejji spettaklu ieħor ta’ mużika, dwal u viżwal mid-dinja tac-ċinema nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu, fis-Sala Repubblika, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Dan il-kunċert se jittella’ bis-sehem tal-Filarmonika L-Unjoni flimkien mal-Amadeus Chamber Choir, il-Malta National Children’s Choir u l-kantanti Eleonor Cassar, Tiziana Calleja, u Chris Grech.

Fost il-films li minnhom ittieħdu siltiet mużikali hemm The Avengers, Superman, Star Wars, Pirates of the Caribbean, The Mission, Legends of the Fall, Braveheart, Crimson Tide, The Greatest Showman u oħrajn li jassiguraw li jilħqu gosti differenti.

Id-direzzjoni tal-Filarmonika L-Unjoni flimkien maż-żewġ korijiet se tkun f’idejn John David Zammit. Flimkien mal-banda se jingħaqdu għadd ta’ strumenti orkestrali bħall-vjolini, vjolonċelli, kontrabaxxi, l-arpa u l-fagott. Jakkumpanjaw il-mużika se jkun hemm effetti speċjali ta’ dwal u viżwal li jrendu s-serata waħda tassew maġika.

Biljetti għal dan l-ispettaklu jisgħu jinkisbu minn fuq is-sit www.showshappening.com. Id-dħul minn dan il-kunċert se jgħin lill-Fondazzjoni Malta Communicty Chest Fund.

Dan il-kunċert hu parti minn proġett iffinanzjat permezz taI-iskema ‘Voluntary Organisations Project Scheme’, amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend