Sentejn minn meta waqgħet it-Tieqa tad-Dwejra | One News

Notifiki

Sentejn minn meta waqgħet it-Tieqa tad-Dwejra

Bħal-lum sentejn waqgħet it-Tieqa tad-Dwejra f’Għawdex.

Proprju fit-8 ta’ Marzu kmieni filgħodu għall-ħabta tal-10:00 li kawża ta’ riħ qawwi u maltemp li kien ħakem lil pajjiżna dakinhar u fil-jiem ta’ qabel kienet iġġarfet għalkollox l-attrazzjoni ikonika, it-Tieqa tad-Dwejra.

It-Tieqa tad-Dwejra kienet tiġbed eluf kbar ta’ turisti, fotografi u produtturi tal-films li kienu jżuru din l-attrazzjoni. Mhux l-ewwel darba li t-Tieqa tad-Dwejra dehret f’diversi films u serje kbar ta’ fama internazzjonali, bl-aktar serje riċenti jkun dak ta’ Game of Thrones.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend