Stimi proviżjori tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li s-sena li għaddiet l-ekonomija Maltija kibret b’sitta punt sitta fil-mija. Dan ifisser żieda ta’ aktar minn elf miljun ewro meta mqabbel mal-elfejn u sbatax.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li t-tkabbbir ekonomiku ta’ Malta matul is-sena li għaddiet kien aktar mid-doppju ta’ dak irreġistratt fl-elfejn u tnax.
It-tkabbir ekonomiku kien reġistrati fl-oqsma kollha tal-ekonomija Maltija fosthom fis-settur tas-servizi li żdied b’aktar minn 680 miljun ewro, l-industrija li żdiedet bi 88 miljun u ħames mitt elf ewro, il-kostruzzjon b’żieda ta’ 37 miljun u l-biedja u s-sajd li żdiedu bi 22 miljun.
L-istatistika turi wkoll li meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, iż-żieda fit-tkabbir ekonomiku ta’ aktar minn biljun ewro tqassmu f’tliet mija u tletin miljun ewro lill-ħaddiema, iktar minn ħames mija u għoxrin miljun f’bilanċ operattiv għall-kumpaniji u kważi mija u ħamsin miljun f’tassazzjoni fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
F’konferenza tal-ahbarijiet il-Ministru ghall-Finanzi Edward Scicluna innota kif l-ekonomija Maltija regghet issorprendiet, hekk kif irnexxielha tikber b’rata oghla minn kull tbassir li sar.
Spjega kif il-medja ta’ tkabbir fis-snin elfejn u sebgħa sal-elfej nu tnax kienet ta’ 2.1% filwaqt li fis-snin elfejn u tlettax sal-elfejn u tmintax dan kien ta 7.1%
Żied jgħid li dan it-tkabbir fisser differenza cara fl-abbiltà tal-Gvern li jipprovdi servizzi u ghotjiet godda bhal childcare b’xejn, in-work benefit, l-iskemi tal-first time u second time buyers, żieda fil-pensjonijiet u fil-paga minima. Dan flimkien ma’ iżjed xogħol, u inqas qgħad. Fi ftit kliem, kwalità ta’ ħajja aħjar.
“Igifieri meta tibda tara – dak huwa frott tat-tkabbir ekonomiku li ghaddej. Meta tara li ahna qeghdin l-oghla, fost quddiem f’dak li hu tkabbir ekonomiku, ifisser li xi ħaġa qed issir tajjeb. L-IMF għadhom kemm qalu li dan huwa kawża ta’ politika li hija b’saħħitha u tagħmel sens,” qal il-Ministru.
Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jaħdem biex it-tkabbir ekonomiku jipperkola mal-bqija tas-soċjeta.