Il-Malta Police Association se tkun qed tirtira il-kawża ċivili li fetħet sabiex fizzjali tal-Korp tal-Pulizija li ħadmu sigħat żejda waqt il-Valletta Summit u ċ-CHOGM fl-2015.
Fi stqarrija, l-MPA qalet li wara diversi laqgħat li saru mal-amminstrazzjoni tal-Korp kif ukoll mal-Gvern, aċċettat li din il-kawża tiġi rtirata għal ġid komuni tal-partijiet konċernati, biex dan il-ħlas jsir mil-aktar fis possibli u għalhekk dawk involuti jitħallsu tas-sigħat żejda li ħadmu.
L-MPA rringrazjat lill-avukat tagħha Dr Robert Abela fejn fi kliemha qalet li kien mertu għalih li l-MPA waslet għal ftehim mal-gvern qabel ġiet konkluża l-kawża.