L-eks Kap li kien jieħu ħsieb il-kampanja tal-President tal-Amerika Donald Trump, Paul Manfort, intbagħat 47 xahar ħabs fuq frodi.
Hu tressaq il-Qorti s-sajf li għadda fejn ġie akkużat li ħeba miljuni ta’ dollari fi dħul li daħħal waqt konsultazzjonijiet pubbliċi fl-Ukranja.
Hu mistenni jingħata sentenza oħra f’każ preċedenti l-ġimgħa li ġejja b’rabta ma’ lobbying illegali.