9 snin ħabs wara li nqabad b'kapsoli tal-kokaina | One News

Notifiki

9 snin ħabs wara li nqabad b’kapsoli tal-kokaina

Patryk Henryk Stawicki ta’ 25 sena mill-Polonja intbagħat 9 snin ħabs wara li ammetta minflok għadda ġuri li ttraffika l-kokaina.

Il-każ seħħ f’Marzu ta’ sentejn ilu meta ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-ajruport wara li nqabad bi kważi kilo droga maqsumin f’100 kapsola tal-kokaina.

Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef Giovanni Grixti kkunsidra l-ammissjoni tal-akkużat kif ukoll il-fatt li l-prosekuzzjoni u d-difiża laħqu ftehim fuq il-piena.

L-akkużat ġie mmultat ukoll €23,000 u kellu l-assi tiegħu kkonfiskati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend