Mara ta' 64 sena tittajjar minn karozza f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

Mara ta’ 64 sena tittajjar minn karozza f’Marsaxlokk

Olandiża ta’ 64 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Marsaxlokk il-Ħamis waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:10pm fi Triq Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk, meta l-mara ttajret minn karozza tat-tip Peugeot Bipper misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-mara b’ambulanza l-isptar għall-kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend