B’investiment ta’ nofs miljun ewro, is-sena li għaddiet l-Awtorità tad-Djar għenet lil 150 persuna b’dizabilità, sabiex id-dar li jgħixu fiha tkun aktar aċċessibbli.
Dan permezz tal-iskema intiża għall-persuni b’dizabilità, fejn ġew installati liftijiet u diversi faċilitajiet oħra fir-residenzi privati tagħhom.
Dan qalu l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay meta ġie iffirmat ftehim mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, sabiex l-Awtorità tad-djar tifhem aktar il-ħtiġijiet tal-persuni b’dizabilità.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-djar qal li b’dan il-ftehim, il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali se jkunu aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Leonid Mckay, il-kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-djar qal: “
Iktar minn 1,000 appartament aktar aċċessibli imma nagħtu l-ispazju biex ikunu jistgħu jimxu. Anki website aktar aċċessibli”.
Permezz tal-ftehim milħuq l-impjegati tal-Awtorità tad-djar se jingħataw taħriġ ta’ kif għandhom jgħinu b’mod aħjar lill-persuni b’dizabilità.
Se jsir eżerċizzju ukoll mat-tekniċi tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, sabiex l-iskemi li toffri l-Awtorità tad-djar jirrifletu l-bzonnijiet tal-persuni b’diżabilità.
Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna, esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-ftehim milħuq mal-Awtorità tad-Djar.
Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilita qal: “Xogħol li qiegħed isir mal-awtorità se jkun qed joħroġ minnu ħafna ġid għax anki se nagħtu taħriġ lil ħaddiema.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes fisser dan il-pass bħala importanti għall-awtorità tad-djar, li tifhem il-ħtiġijiet ta’ kulħadd.
Is-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’dizabilità Anthony Agius Decelis qal li dan il-ftehim juri b’mod ċar il-ħidma kollettiva tal-Gvern sabiex il-persuni b’dizabilità jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.