Tititlfux iċ-ċans li żżuru Ħal Għaxaq illejla – Ser tara kostumi mhux tas-soltu | One News

Notifiki

Tititlfux iċ-ċans li żżuru Ħal Għaxaq illejla – Ser tara kostumi mhux tas-soltu

Illejla jkompli l-karnival spontanju f’Ħal Għaxaq. Tradizzjoni antika ta’ madwar 100 sena li kienet naqset mill-popolarità tagħha maż-żmien. Iżda mhux l-istess nistgħu ngħidu llum il-ġurnata.

Bħal-bieraħ u llum, Ħal Għaxaq jara nfluss ta’ nies li jattendu bi ħġarhom għal dan il-karnival ħelu li għalkemm ħafna jxebbħuh ma’ dak tan-Nadur, huwa ferm differenti. Huwa minnu li huwa spontanju iżda r-residenti Għaxqin huma magħrufa għall-kostumi uniċi li jagħmlu anke b’temi li jqanqlu diskussjoni. Tara wkoll forom ta’ karrijiet mhux kif naraw fil-Belt Valletta iżda magħmulha b’mod spontanju mir-residenti li dawn ukoll ikollhom tema kemm biex jizzikaw u anke biex jgħaddu messaġġ. Uħud mill-kostumi li spikkaw din is-sena hemm persuna liebes ta’ siġra li litteralment tara l-figura umana ħierġa miz-zokk u bosta oħrajn.

Tradizzjoni ħelwa f’Ħal Għaxaq hi li l-karnival jibqa’ għaddej sal-ħin ta’ nofs illejl meta mbagħad it-tokki tal-Knisja jberdu l-briju fejn dawn ikunu ta’ sinjal li żmien ir-Randan issa beda. Fil-kalma u s-serenità kulħadd jirritona f’daru u hekk għal sena oħra r-renju tal-bluha jkun għadda wkoll.

Għada ssir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur li titlaq mill-Knisja għat-triq l-antika tal-purċissjoni tradizzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend