It-taqsima tal-isplussiv tal-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu għaddejjin b’ħidma wara li tard it-Tlieta filgħaxija, daħlet telefonata li fid-Depot tal-Pulzija kien hemm bomba.
one.com.mt jinsab informat li l-uffiċjali għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom dwar il-każ. Jidher li qabel ma tibda t-tfittxija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija qed issir analiżi tal-filmati li ttieħdu minn cameras tas-sigurtà.
Sorsi fuq il-post żiedu jgħidu li l-uffiċjali għamlu wkoll spezzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof li rriżultat fin-negattiv.