Raġel ta’ 52 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn ġo tamboċċ – One News

Notifiki

Raġel ta’ 52 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn ġo tamboċċ

Raġel ta’ 52 sena residenti l-Isla qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ waqa’ madwar sular minn ġo tamboċċ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.

Il-każ ġara għall-ħabta tas-14.00 fi Triq San Lawrenz l-Isla. Minnufih issejħu l-pulizija.

Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend