ARA: Mixja ta' 150 km biex jinġabru fondi għat-tisħiħ tad-Dar tal-Providenza | One News

Notifiki

ARA: Mixja ta’ 150 km biex jinġabru fondi għat-tisħiħ tad-Dar tal-Providenza

Il-grupp Trail Makers qed jorganizza mixja ta’ 150km biex jinġabru fondi li se jmorru għat-tisħiħ tad-Dar tal-Providenza.

Il-mixja se ssir bejn it-23 u l-24 ta’ Marzu li ġej, u se tkun mingħajr waqfien. Din se tibda mill-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, u tispiċċa fl-istess post il-Ħadd fil-5.00pm.

Il-pubbliku se jkun jista jingħaqad mal-mixja fi kwalunkwe ħin li jkun komdu għalih u mhux bilfors jimxi l-150km kollha. Kull min jipparteċipa u jimxi 20km jew iżjed se jingħata midalja tal-bronż, waqt li dawk li jimxu l-150km kollha jingħata midalja tal-fidda.

Kull min jixtieq jipparteċipa għandu jirreġistra mad-Dar tal-Providenza sal-Ħadd 17 ta’ Marzu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend